L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ħarġet struzzjonijiet immedjati lill-uffiċjali tal-Pulizija li jaħdmu fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin biex ma jidħlux fil-Faċilita’ u ma jiskortawx ħabsin bħala prekawzjoni ta’ saħħa wara li fil-Faċilita’.
Dan hekk kif qed tinfirex il-problema tal-influwenza, possibilment is-Swine Flu fost il-priġunieri, f’sitwazzjoni li wasslet għall-mewt ta’ wieħed mir-residenti tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Fl-istqarrija, l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija qalet li qed tordna dawn l-azzjonijiet minħabba nuqqas ta’ informazzjoni dwar dak li qed jiġri verament minkejja li numru ta’ ħabsin tpoġġew f’iżolament imma l-uffiċjali tal-ħabs ġew ordnati jgħassuhom.
Iktar kmieni mal-ġurnata, l-istess Assoċjazzjoni talbet lill-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija u l-awtoritajiet konċernati kollha biex minnufih tittieħed azzjoni u jittieħdu l-prekawzzjonijiet kollha neċessarji biex jiġi evitat li l-membri tal-Korp tal-Pulizija jkunu esposti għall-iSwine Flu.
Il-problema ta’ din il-marda li tittieħed u s-sitwazzjoni li qed jaffaċċjaw l-uffiċjali wasslet biex fl-aħħar sigħat numru ta’ qraba tal-uffiċjali tal-ħabs pubblikament ilmentaw dwar dan.
Fost l-oħrajn spikka l-kumment ta’ mart uffiċjal li spjegat kif huma għandhom tliet itfal imma xorta waħda żewġha tpoġġa mal-persuni morda.
“Lill-priġunieri neħħewhom minn ħdejn oħrajn u poġġewhom waħidhom, imma magħom ordnaw uffiċjali l-ġurnata kollha,” spjegat l-istess persuna li staqsiet ukoll lil min se żżomm responsabbli jekk żewġha jimrad.
//= $special ?>

