Lokali

Libjan imur l-għassa ta’ San Ġiljan mimli demm – jallega li attakkawh grupp Għarab

Żagħżugħ Libjan ta’ 24 sena residenti f’Birżebbuġa sofra xi ġrieħi u qed jinżamm l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li allegatament safa’ attakkat minn grupp ta’ Għarab fi Triq San Ġorġ, f’Paceville.

Għad mhix magħrufa l-kundizzjoni tal-Libjan li mar minn jeddu fl-Għassa ta’ San Ġiljan, mimli demm, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu.