It-tielet laqgħa tas-sena li saret il-bieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienet tikkonsisti minn disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza twila ta’ 2,640m. Minn dawn l-aktar waħda importanti kienet dik tal-aqwa klassi Premier. Din it-tiġrija ntrebħet minn Livi Cantona li rritorna għas-suċċess wara nuqqas ta’ kważi erba’ snin.
B’kollox ħmistax kienu ż-żwiemel li ħadu sehem f’din it-tiġrija. Din it-tiġrija ħadet żvolta oħra fl-aħħar 200m b’Livi Cantona, f’idejn Charles Camilleri, jibda jħaffef il-pass u jtemm rebbieħ minn Prieure (Claudio Refalo) u Valentin Du Gite (Carl Caruana). Quito De Neret (Mario Seguna) daħal warajhom fir-raba’ pożizzjoni. Livi Cantona kellu medja ta’ 1.17″ fil-kilometru.
Il-kumplament tat-tiġrijiet kienu riservati għal żwiemel tal-klassi Gold, Silver u Copper. Saru b’kollox tliet tiġrijiet tal-klassi Gold. L-ewwel waħda kienet ferm eċċitanti fejn din kienet ikkaratterizzata minn dwell interessanti fid-dritta finali bejn Seabiscuit Noir (Rodney Gatt) u Zizazimoko (Paul Galea). Kien tal-ewwel li ħa l-ewwel rebħa fi xtutna bi ftit metri, b’Nevaio Des Bordes (Shaun Portelli) u Indeed Southwind (Kevin Sciberras) jidħlu warajhom f’dik l-ordni.
Magic Broline ikkonfermat li hija waħda miż-żwiemel rivelazzjoni s’issa ta’ dan l-istaġun. F’idejn Charles Camilleri, din l-Iżvediża ħadet it-tieni rebħa konsekuttiva minn daqstant dehriet f’Malta wara li żiedet il-pass fl-aħħar metri tat-tieni tiġrija Gold. Din qasmet il-linja finali l-ewwel wara li xejnet l-isfida ta’ Solide Du Jayle (Omar Cauchi). Phenix De La Roque (Noel Baldacchino) daħal it-tielet minn Royal In (Marco Debono) li temm fir-raba’ pożizzjoni.
Minn naħa l-oħra, Smarty Jet (Marco Debono) akkwista wkoll l-ewwel rebħa fi xtutna fit-tielet u l-aħħar tiġrija Gold. Dan wara li għeleb fl-aħħar metri l-attakk tat-Taljan Nashville Dancer (Andrew Farrugia) u Cool Caviar (Julian Farrugia). Midnight Hall (Mario Fenech) temm ir-raba’.
Ir-riżultati kollha:
I Tiġrija: Klassi Copper. Dist – 2,640m. 1. Crazy Leg (T. Tanti) Ħin – 3.31.5″ (1.20.1″) 2. Niko De Chamant (V. Fenech) 3. Natalie Crown (V. Ghigo) 4. Miskos Abies (Ch. Farrugia)
II Tiġrija: Klassi Silver. Dist – 2,640m. 1. Sampiero De May (K. Galea) Ħin – 3.24.6″ (1.17.5″) 2. Turbot De Renier (I. Bilocca) 3. Torres Phil (M. Fenech) 4. Ravageur De Payre (C. Caruana)
III Tiġrija: Klassi Silver. Dist – 2,640m. 1. Rapide Du Matin (C. Camilleri) Ħin – 3.21.9″ (1.16.5″) 2. Marcus Palema (C. Refalo) 3. Ramses De Tyrole (A. Cassar) 4. Seigneur De France (C. Debono)
IV Tiġrija: Klassi Gold. Dist – 2,640m. 1. Seabiscuit Noir (R. Gatt) Ħin – 3.24.1″ (1.17.3″) 2. Zizazimoko (P. Galea) 3. Nevaio Des Bordes (Sh. Portelli) 4. Indeed Southwind (K. Sciberras)
V Tiġrija: Klassi Gold. Dist – 2,640m. 1. Magic Broline (C. Camilleri) Ħin – 3.23.5″ (1.17.1″) 2. Solide Du Jayle (O. Cauchi) 3. Phenix De La Roque (N. Baldacchino) 4. Royal In (M. Debono)
VI Tiġrija: Klassi Silver. Dist – 2,640m. 1. Showtime (N. Baldacchino) Ħin – 3.22.3″ (1.16.6″) 2. Sillon Du Breuil (M. Ellul) 3. Udice Boko (C. Camilleri) 4. Holy Smoke (J. Briffa)
VII Tiġrija: Klassi Gold. Dist – 2,640m. 1. Smarty Jet (M. Debono) Ħin – 3.25.9″ (1.18″) 2. Nashville Dancer (A. Farrugia) 3. Cool Caviar (J. Farrugia) 4. Midnight Hall (M. Fenech)
VIII Tiġrija: Klassi Premier. Dist – 2,640m. 1. Livi Cantona (C. Camilleri) Ħin – 2.23.4″ (1.17″) 2. Prieure (C. Refalo) 3. Valentin Du Gite (C. Refalo) 4. Quito De Neret (M. Seguna)
IX Tiġrija: Klassi Silver. Dist – 2,640m. 1. Saphir Merite (J. Scerri) Ħin – 3.28.4″ (1.18.9″) 2. Speedaway (C. Camilleri) 3. Andorra (B. Zammit) 4. Roma M (P. Galea)