Internazzjonali

Miet il-preżentatur veteran tal-BBC Terry Wogan

Tħabbret il-mewt f’eta ta’ 77 sena tal-preżentatur Ingliż Terry Wogan. Wogan, imwieled l-Irlanda, kien popolari hawn Malta fost l-oħrajn għall-kummentarju li kien jagħti waqt l-Eurovision bejn l-1971 u l-2008.
Il-familja tiegħu qalet li hu miet wara marda qasira. Wogan, li fil-parti kbira tal-karriera ħadem għall-BBC, kien meqjus għal żmien twil bħala l-preżentatur li l-aktar kellu semmiegħa fuq ir-radju fl-Ewropa