Internazzjonali

Spanja fil-mira tal-ISIS

F’filmat li nħareġ mill-ISIS fl-Iraq fi tmiem il-ġimgħa, kien hemm theddid li wara l-attakki ta’ Pariġi fit-13 ta’ Novembru, issa kien imiss li jsir xi ħaġa simili fi Spanja.
Dan bi tpattija għat-tkeċċija tat-tmexxija Musulmana min-Nofsinhar ta’ Spanja fl-1492.
Il-ġellieda tal-ISIS, li tkellem bil-Franċiż fil-filmat qabel l-esekuzzjoni ta’ grupp ta’ priġunieri, qal li dan il-moviment estremista Iżlamiku ma kienx nesa li l-artijiet ta’ Cordoba u Toledo kienu Musulmani.
Fi tmiem il-video ta’ tmien minuti, il-kelliem u membri oħra tal-ISIS qatlu ħames priġunieri.