Lokali Parlament Saħħa

80,000 tilqima ordnata u ħaduha 64,000

It-tilqima għall-influwenza ħaduha aktar minn 64,000 persuna mit-80,000 tilqima li l-Gvern ordna.

Dan kien ikkonfermat mis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne, meta wieġeb illejla fil-Parlament mistoqsijiet tax-Shadow Minister għas-Saħħa, Claudette Buttigieg, li staqsiet jekk il-Gvern għandux pjan li jagħti t-tilqima lill-ħaddiema fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, lill-pulizija li jeskortaw lill-ħabsin u lill-ħaddiema f’Mater Dei.

Is-Segretarju Parlamentari qal li t-tilqima ilha disponibbli għal kulħadd minn Novembru li għadda, mhux biss għall-ħaddiema iżda wkoll għall-pubbliku li għażel hu li jieħu t-tiliqma tal-influwenza.