Lokali

Approvata l-proposta biex il-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tinfetaħ għal membri kollha tal-PL

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista - Mill-Arkivji

Fi s tqarrija l-Partit Laburista qal li l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista approva b’mod unanimu l-proposta tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat, biex l-elezzjoni għal kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tinfetaħ għal membri kollha tal-Partit, inkluż Membri Parlamentari.

Din il-proposta issa se titressaq quddiem Konferenza Ġenerali Straordinarja li se ssir nhar il-Ġimgħa li ġej, 5 ta’ Frar.

Se jiġi propost lil Konferenza li n-nomini għal ħatra ta’ Deputat Mexxej jiftħu s-Sibt, 6 ta’ Frar u jagħlqu t-Tlieta, 9 ta’ Frar.

L-elezzjoni għal ħatra ta’ Deputat Mexxej se ssir il-Ħamis, 25 ta’ Frar, u jekk ikun hemm bżonn il-Ġimgħa, 26 ta’ Frar.

Il-persuna eletta tidħol fil-kariga hekk kif jirrizenja mill-kariga tiegħu Dr Toni Abela.