Internazzjonali

Is-CIA tippubblika l-X-Files tagħha

Hekk kif fl-Istati Uniti reġgħet bdiet tixxandar is-serje televiżiva popolari l-X-Files, is-CIA ħarġet għaxar files b’rabta ma’ dan – files ta’ każijiet misterjużi li dwarhom ma kienx deċiż x’ġara eżattament.
L-għaxar dokumenti darba kienu meqjusin sigrieti; imma fl-1978 dan tneħħa u għalkemm il-pubbliku kellu aċċess għalihom, is-CIA din id-darba ġabrithom flimkien u ppuntat l-attenzjoni lejhom. Kollha huma każi marbutin ma’ dehriet ta’ UFOs fil-Ġermanja tal-Lvant, fi Spanja u fl-Afrika. Ingħata wkoll aċċess għal dokumenti minn Awwissu tal-1952 ta’ uffiċjali tas-CIA dwar is-suġġett.

Agħfas il-link għal aċċess għad-dokumenti tas-CIA