Hekk kif il-ġimgħa d-dieħla se jiftaħ il-festival ta’ Sanremo, l-attur popolari Taljan Gabriel Garko ħelisha ħafif wara splużjoni fil-villa fejn kien qed joqgħod.
Garko hu wieħed mill-preżentaturi tal-festival u kellu jiddaħħal l-isptar minħabba x-xokk li ġarrab. Imma mara anzjana, is-sid ta’ Villa della Rosa fiz-zona residenżjali ta’ Solaro, f’San Remo, mietet fl-isplużjoni. Kollox jindika li l-isplużjoni seħħet minħabba ħruġ ta’ gass.