Internazzjonali

Massakru fil-Messiku waqt party ta’ tifla

Grupp ta’ rġiel armati qatlu 11-il persuna wara li fetħu n-nar waqt party għal għeluq il-15-il sena ta’ tifla f’Cundancito fl-Istat Messikan ta’ Guerrero.
Hekk kif fil-post intbagħtu l-forzi tas-sigurtà, infetaħ in-nar fuqhom minn diversi nies armati.
Sentejn ilu f’dan l-istess Stat Messikan, 43 student għebu wara protesta kontra l-vjolenza li hemm minħabba t-traffikanti tad-droga. Guerrero hu meqjus bħala l-aktar stat vjolenti fil-Messiku.
Il-midja Messikana tikkalkola li bejn Ottubru u Diċembru, 324 persuna nqatlu f’Guerrero, fil-maġġoranza minħabba ġlied bejn it-traffikanti tad-droga.