Futbol Sport

Pep Guardiola maħtur Kowċ ta’ Manchester City mill-istaġun li ġej

Il-Kowċ Spanjol ta’ Bayern Munich Pep Guardiola mill-istaġun li ġej se jibda avventura ġdida wara li b’mod uffiċjali sar magħruf li se jkun il-Kowċ ta’ Manchester City. Dan ġie kkonfermat minn stqarrija uffiċjali li ħareġ il-klabb Ingliż aktar kmieni wara nofsinhar.

Fl-istqarrija, Manchester City qalu li fil-ġimgħat li għaddew bdew id-diskussjonijiet, li issa wasslu biex Pep Guardiola jsir il-kowċ il-ġdid tal-klabb mill-istaġun li ġej b’kuntratt ta’ tliet snin. Dawn in-negozjati kienu t-tkomplija ta’ diskussjonijiet li kienu fallew fl-2012.

Il-klabb Ingliż qal ukoll li b’rispett lejn il-Kowċ Manuel Pellegrini u l-plejers, il-klabb xtaq jagħmel id-deċiżjoni pubblika ħalli titneħħa l-ispekulazzjoni. City qalu wkoll li l-Kowċ ta l-appoġġ sħiħ tiegħu għal din id-deċiżjoni, filwaqt li jinsab konċentrat biex jilħaq l-għanijiet tal-klabb għal dan l-istaġun u għandu r-rispett ta’ dawk involuti fit-tmexxija tal-klabb.