Atletika Sport

Tliet ex-uffiċjali tal-IAAF jappellaw mis-sentenza

epa04896299 Shelly-Ann Fraser-Pryce (R) of Jamaica wins the women's 100m final during the Beijing 2015 IAAF World Championships at the National Stadium, also known as Bird's Nest, in Beijing, China, 24 August 2015. Left is Dutch Dafne Schippers who placed second. EPA/FRANCK ROBICHON

Tliet ex-uffiċjali tal-Assocjazzjoni Internazzjonali tal-Atletika (IAAF), u li kienu sospiżi għal għomorhom wara li nstabu ħatja li għattew il-każi ta’ doping tal-Federazzjoni tal-Atletika Russa, ħabbru li se jappellaw mis-sentenza.

Dawn resqu l-appell tagħhom quddiem il-qorti tal-arbitraġġ tal-isport u qed jitolbu li din is-sentenza tkun annullata.
It-tleit uffiċjali li kienu mkeċċija mill-Kummissjoni tal-Etika tal-IAAF huma Papa Massata Diack tas-Senegal, u ż-żewġ uffiċjali Russi Valentin Balakhnichev u Alexei Melnikov.

Diack hu t-tifel tal-ex President tal-IAAF Lamine Diack u kien kunsulent kummerċjali tal-istess IAAF.
L-Interpol qiegħda ukoll titlob l-arrest tiegħu fi Franza biex tkun tista’ tinvestigah.

Balkhnichev kellu karriera twila bħala President tal-Federazzjoni Russa tal-Atletika, kif ukoll serva għal diversi snin bħala teżorier tal-Federazzjoni Internazzjoli IAAF.

Melnikov kien il-kap tal-kowċis tal-atleti Russi.

Dawn it-tliet uffiċjali kienu kollha nstabu ħatja li rrikattaw lil maratoneta Russa Liliya Shoukhova, fejn dawn ħadulha mijiet ta’ eluf ta’ dollari biex iżommu mistur ir-rapport tagħha dwar doping qabel l-Olimpjadi ta’ Londra tas-sena 2012.
It-tlieta li huma dejjem saħqu li huma nnoċenti. Għad mhux magħruf meta se jibda jinstema dan l-appella quddiem il-qorti tal-arbitraġġ.