Reġgħet qed tikber il-problema tal-kaxxi fil-Pitkalija li qed jinkisru minħabba l-użu u li m’humiex jinbidlu. Jirrizulta li s-sitwazzjoni qed twassal ukoll biex ta’ spiss qed tiżdied it-tensjoni bejn l-uffiċjali li jqassmu l-kaxxi u l-bdiewa. Kwistjoni li kienet eskalat fix-xhur tas-sajf tas-sena l-ohra.
Persuni li kkuntatjaw li NetNews.com.mt dwar din il-kwistjoni, qalulna li hemm kaxxi li ilhom snin twal jintużaw, sahansitra therrew, izda xorta waħda qed jingħaddu lill-bdiewa biex fihom jgħabbu l-prodotti tar-raba’.
Dwar din is-sitwazzjoni tkellimna mal-Kelliem tal-Oppozizzjoni responsabbli minn dan il-qasam, Toni Bezzina.
//= $special ?>

