Is-sitwazzjoni fil-ħabs qed tiddeterjora aktar ma jgħaddi ż-żmien. Dan spjegah il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u Shadow Minister għall-Intern Beppe Fenech Adami, waqt il-programm Reporter li ghalih kien mistieden wkoll il-Mnistru ghall-Intern Carmelo Abela.
Waqt id-diskussjoni Beppe Fenech Adami ppreżenta ittra li rċieva mingħand priġunier.
Beppe Fenech Adami fakkar fil-propoganda li kien għamel il-Partit Laburista fil-ħabs.
Waqt il-programm isemma’ wkoll kif l-instabilita’ fit-tmexxija tal-ħabs hi affetwata anke minn dak li jkun għaddej fil-Korp tal-Pulizija.
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u Shadow Minister għall-Inter saħaq kif f’pajjiż demokratiku ma jistax ikun li jkollna Prim Ministru li jindaħal fil-mod kif jaħdem il-Korp tal-Pulizija.
Beppe Fenech Adami fakkar kif l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tkompli tagħmel id-dover tagħha u fejn tara li hemm nuqqasijiet fit-tmexxija se pressjoni biex forsi l-affarijiet taħt gvern Laburista jinbidlu.
//= $special ?>

