Blogger Ingliża spiċċa fenomenu fuq l-internet wara li video tagħha sploda fil-media soċjali. Dan minħabba li l-video juri l-mument illi fih Aimee spiċċat qalgħet daqqa ta ħuta waqt li l-cameraperson li kien magħha beda jiffilmja l-maltempata ‘Gertrude’.
Aimee hija parti mill-grupp fuq YouTube Craig & Aimee. Huma kienu qed jiffilmjaw f’Barry Island, qrib Cardiff. Fil-mument li fih Aimee bdiet il-kummentarju tagħha, tidher ġejja mewġa kbira li magħha tellgħet ħuta – bil-ħuta tispiċċa tagħti daqqa f’wiċċ il-blogger.
Issa hemm bloggers oħrajn illi qed jgħidu li dan il-filmat huwa biss finta, għax ma jistax ikun li ħuta ittir b’dak il-mod.
//= $special ?>