Bint l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia hi waħda minn żewġ avukati li nħatru Maġistrati mill-Kabinett tal-Ministri. Caroline Farrugia Frendo (lemin) għandha 32 sena. Hi gradwat bħala nutar fl-2006 u bħala avukat fl-2008. L-Avukat Ingrid Zammit Young għandha 42 sena Hi gradwat bħala nutar fl-1995 u bħala Avukat fl-1997. Għal diversi snin hi kienet taħdem fid-dipartiment legali ta’ GO plc.
Stqarrija tal-Gvern qalet li b’dawn iż-żewġ ħatriet, in-numru ta’ nisa fil-ġudikatura żdied b’10% f’dawn l-aħħar tliet snin. B’kollox inħatru 13-il Maġistrat u Mħallef ġdid f’din il-leġislatura biex b’kollox hemm 44 ġudikant; 24 irġiel u 20 nisa.
//= $special ?>