BLOGS

Il-fiduċja tal-Poplu

Bħala kandidat tal-Elezzjoni Ġenerali li jmiss jiena jkolli l-opportunita li nitlaqa ma ħafna familji. Familji li jinsabu f’livelli differenti fis-soċjeta Maltija, familja li huma sta bene, oħrajn li huma komdi, oħrajn li mhumiex daqshekk komdi u sfortunatament oħrajn li jissieltu kuljum biex ileħqu mal-ħajja.

Ftit tal-ġranet ilu żort famlja partikolari ġewwa is-Swieqi u ħadt nitkellem magħhom fuq l-avvenimenti tal-aħħar ftit snin.

Kien f’Jannar tal-2013, żmien fejn żgur niftakruħ għad-diversi laqgħat, mass meetings u house visits li kienu jsiru mil-partiti politiċi kollha. Sa dak iż-żmien din il-familja dejjem ħassewhom Nazzjonalisti, Nazzjonalisti kburin u Nazzjonalisti li qatt ma kien għadu għaddielhom min rashom xi darba jivvutaw lill-Partit Laburista.

Iżda xi ħaga ġara f’dak iż-żmien. Din il-familja bdiet ta kuljum tiġi ibbumbrdjata minn post jew ieħor b’messaġġi sbieħ, messsġġi li qatt ma konna għadna rajna bħalhom fil-politika Maltija. It-tifel iż-żgħir li dak iż-żmien kien il-Junior Collage u issa qiegħed l-Universita kien ta kuljum jgħid liż-żewġ ħutu ikbar u lil-ġenituri tiegħu kemm qiegħed jiħu gost jattendi attivitajiet organizzati min ħbieb tiegħu li huma membri f’għaqdiet tal-Partit Laburista. Saħansitra li Ħadd minnhom qal lil-ġenituri tiegħu li kien sejjer jattendi għal-Mass Meeting tal-Labour. Mhux għax jemmen f’dak li jgħidu, pero għax “fihom siegħa buzz tajba”. Ovjament peress li il-ġenituri ta din il-familja qatt ma inddaħlu lil uliedhom x’għandhom jagħmlu u ma jagħmlux ħallewħ fil-liberta kollha jagħmel li xtaq. Inzeta ukoll li fl-istess żmien it-tifel il-kbir avviċinaħ ħabib tiegħu u qallu li jekk jitla il-Labour fil-gvern ser jkun qiegħed immedjatament jibnilhom race track u peress li dan huwa iffisat fuq il-karozzi mill-ewwel ħa dak li qallu sieħbu bħala vanġelu u allura iddeċieda ukoll li jivvota Labour. It-tifel in-nofsani ma kellu l-ebda inklinazzjoni partikolari fil-politika iżda meta ra lil ħutu jiħdu gost u jitkelmu fuq affarijiet differenti li ser jagħmel il-labour iddeċieda li hu ukoll jattendi għal-metings tal-Labour u wara ftit qal ukoll li qiegħed jiħu gost.

Ftit tal-ġimgħat biss qabel l-elezzjoni ġie jzurhom kandidat tal-Partit Laburista fid-dar tagħhom. Dan il-kandidat irnexxielu jbiħ il-viżżjoni ta Joseph Muscat wara li iddiskreviħ bħala dak il-bniedem li jista jsalva lil-pajjizna. Iva uża il-kelma jsalva, bħal dak li qallu pajjizna kien qiegħed f’xi stat ħażin! Meta ġiet il-ġurnata tal-elezzjoni il-missier ċempel lil ħuħ li joqgħod fl-istess triq tiegħu u spjegalu li għalkemm hu kien u għadu jħossu Nazzjonalist, jemmen li ser jagħmel tajjeb li ser jivvota lil Joseph Muscat għax iħossu li Joseph Muscat jista jkompli mal-ġid kbir li għamlu in-Nazzjonalisti tul is-snin. Ħuħ femhu u qallu li għandu raġun allura ser jkun qiegħed jitkellem mal-familja tiegħu, il-mara u iż-żewġ uliedu u jiddeċiedu bħala familja kif ser jivvutaw.

Hekk ġara, l-għaddiet, dawn iż-żewġ familji ivvutaw lil-Partit Laburista għal-lewwel darba. 8 minn nies li qatt ma ivvutaw Labour qabel ideċidew li jivvutaw lil Labour għaliex sinċerament emmnu fl-għajta ta Malta Taghna Lkoll.

F’dan il-mument dan ir-raġel qalli dawn il-kliem. Dak kien tlett snin ilu, tlett snin ilu ideċidejt li nivvota partit differenti mhux għax il-Partit Nazzjonalista naqasni min xi ħaga jew mhux għax kelli xi dubju li il-Partit Nazzjonalista ma jafx imexxi lill-pajjina, iżda għax xtaqt nirpova lil ħaddieħor. Per tlett snin wara, nixtieq nigdem minkbejja u nreġġa il-ħin lura u niftaħ għajnejn kull min ħasiba bħali biex ma jagħmilx l-istess ħaga. Hawnhekk jiena staqsejtu għala jħossu hekk? It-tweġiba kienet waħda li ħallietni naħseb għal-diversi ġranet fuq dak li qalli. Dan is-sinjur qalli li jaħsibha hekk għax hu jħossu li ġie tradut. Hu jħossu li kollu li pajjizna ġie mwiegħed, ingħata bil-maqlub. L-affarijiet li l-iktar ikkonvinċuħ jivvota lill-labour kienu il-meritokrazija u il-kontabilita politika. Dawn huma l-iktar żewg affarijiet li Joseph Muscat qiegħed jikser u jkassbar ta kuljum. Huwa b’hekk li dan is-sinjur illum iħossu tradut mill-Partit Laburista.

Qalli ukoll li fejn qabel l-elezzjoni kull meta hu jew familtu riedu jagħmlu kuntatt ma xi kandidat jew xi uffiċjal tal-Labour dawn kienu jiġu ikkuntatjati fi ftit siegħat, issa dan inbidel u illum il-bibien jinsabu kollha mgħaluqa u biex wieħed jitkellem ma xi deputat huwa impossibli.

Minn naħa tiegħi lil dan ir-raġel edtlu li onestament nifmu xi jhoss. Din hija xi ħaga li nisimgħu spiss waqt iż-żjarat fid-djar. Tkellimt ukoll fuq il-viżżjoni ta Simon Busuttil. Malli semejt l-isem ta Simon Busuttil dan ir-raġel waqqafni. Qabadli idejja u wiċċu xehel. Qalli li Simon Busuttil huwa dak il-bniedem li grazzi għalih għadu ma qatax qalbu mil-politika Maltija. Simon Busuttil huwa dak il-bniedem li kapaċi jwettaq dak li Joseph Muscat wiegħed fl-2013 u kasbar fis-snin ta wara.

Tisma dan il-kliem minn resident bilfors jimlik kuraġġ. Kuraġġ li il-Partit Nazzjonalista huwa il-Partit ta tama għal-pajjizna. Tama li il-politika mhix kollha maħmuġa, li il-poltika mhix biss għodda biex il-ftit jieklu ħafna u il-ħafna jaħdmu għal-ftit. Ittik tama li il-Partit Nazzjonalista huwa lest biex fl-elezzjoni li jmiss jiħu lura it-tmun ta pajjizna u jnaddaf il-pajjiz u jgħati lill-poplu Malti dak il-gvern li jistħoqlu taħt it-tmexxija ta Simon Busuttil.

Wara diskursata ta iktar min siegħa dan ir-raġel reġa ħadli b’idejja, awgurali u irringrazzjani talli żortu, jiena weġibtu li onestament iħossi li jiena għandi nirringrazzjaħ għax min għandu tgħallimt ħafna. Tgħallimt li l-individu trid tisimgħu, trid tkelmu, u trid tkun hemm viċin tiegħu biex iħossu parti mil-mixja li mixjin fiha bħalissa il-Partit Nazzjonalista. Tgħallimt ukoll li għad hemm ħafna nies hemm barra li forsi huma vera imweġġajn b’affarijiet li ġraw taħt gvernijiet preċedenti, pero hemm ħafna min dawn in-nies li jinsabu iddisgustati b’dak li għaddej fil-pajjiz bħalissa. Jien wgħedt lil dan ir-raġel li mhux ser nkun qiegħed ninsa din iż-żjara u assigurajtu ukoll li l-ewwel persuna li jiena inċempel biex nirringrazzja l-għada tal-elezzjoni ġenerali li jmiss ser ikun hu, m’hemmx xi ngħidu assigurani li ser ikun qiegħed iżżomni responsabbli ta dak li edtlu!

Alan Abela-Wadge hu Kandidat għall-elezzjoni ġenerali fuq id-9 Distrett