Grupp imdaqqas ta’ ħaddiema mit-Tarzna ta’ Palumbo qed jilmentaw lit-tgergir tar-residenti tal-Isla dwar l-istorbju mit-tarzna qed jipperikola l-post tax-xogħol tasgħhom.
Fl-aħħar protesta, wara dik li għamlu fl-aħħar jiem barra t-tarzna stess, madwar 50 minn fost il-ħaddiema mxew mill-Qorti sa Kastilja, fejn inġemgħu fl-uffiċċju tal-Customer Care.
Ftit wara huma ltaqgħu ma’ membri tas-segretarjat privat tal-Prim Ministru fejn ilmentaw li xogħolhom hu mhedded u li l-awtoritajiet qed jinjorawhom.
Il-protesta ta’ llum issejħet wara li lbieraħ fil-Qorti beda każ kontra tliet rappreżentanti ta’ Palumbo, bi proċeduri li bdew wara lment kriminali mill-uffiċjal tar-relazzjonijiet pubbliċi ta;-Assoċjazzjoni tar-Residenti tal-Isla. Il-każ kompla llum.
//= $special ?>


