Kurżitajiet

Kanzunetta bl-Ingliż għal Spanja fil-Eurovision

epa05139666 Spanish singer Barei poses for photographers one day after being selected to represent Spain with the song 'Say yay!' at the 61st Eurovision Song Contest (ESC), in Madrid, Spain, 02 February 2016. The ESC consists of two semi-finals, to be held on 10 and 12 May, and of a grand final taking place at the Ericsson Globe in Stockholm, Sweden, on 14 May 2016. EPA/FERNANDO ALVARADO

Għall-ewwel darba fl-istorja tal-Eurovision, Spanja se tikkompeti b’kanzunetta bl-Ingliż.

Dan wara li fil-kompetitiżjoni li saret din il-ġimgħa, panel mħallat ta’ esperti u l-pubbliku għażel il-kanzunetta bl-Ingliż ‘Say Yay!’ tal-kantanta Barei.

Barei qalet li kienet saret pressjoni fuqha biex tinkludi xi kliem bl-Ispanjol fil-kanzunetta, imma jidher li fl-aħħar mill-aħħar l-affarijiet tħallew kif inhuma. Dan fid-dawl li 15 mis-16-il kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision tkantaw bl-Ingliż.Iżda fi Spanja dejjem kien hemm reżistenza kbira li l-kanzunetta tal-Eurovision titkanta b’lingwa oħra ħlief bl-Ispanjol. Spanja ilha ma tirbaħ mill-1969.

L-unika darba li kien hemm erba’ rebbieħa tal-festival bi Spanja tirbaħ bil-kanzunetta ta’ Salomé “Vivo cantando” filwaqt li r-rebbieħa l-oħra kienu Lulu għar-Renju Unit bil-kanzunetta “Boom Bang-a-Bang”, l-Olandiż Lenny Kuhr bil-kanzunetta “De Troubadour” u l-Franċiża Frida Boccara bil-kanzunetta “Un jour, un enfant”.

Barei, li għandha 32 sena u hi minn Madrid, qalet li hi m’għandha xejn kontra l-lingwa Spanjola, iżda temmen li bl-Ingliż il-kanzunetta kellha appell internazzjonali akbar.

L-Eurovision ta’ din is-sena se ssir fi Stokkolma fl-Iżvezja fl-14 ta’ Mejju.

Barei kienet kantanta li ħadd ma kien sema’ biha qabel u qatt ma ħarġet xi diska. Imma meta f’Jannar ħarġet b’din id-diska, din malajr sparat fil-klassifika Spanjola.