Korsija mit-Triq tal-Balal, fil-Għargħur (it-triq bejn in-Naxxar u San Ġwann) se tingħalaq għat-traffiku min-naħa tan-Naxxar lejn San Ġwann bejn id-disgħa ta’ llejla (3 ta’ Frar) u s-sagħtejn ta’ għada filgħodu (4 ta’ Frar).
Dan hekk kif il-kumpanija GO se twettaq xogħolijiet ta’ tiswija ta’ emergenza f’din it-triq, bil-konsegwenza li jkollha tingħalaq korsija għat-traffiku.
Matul dan il-ħinl-karozzi li ġejjin min-Naxxar se jkunu ddevjati fuq in-naħa ta’ Triq Santa Katerina bis-sewwieqa qed ikunu avżati biex isuqu b’attenzjoni.
//= $special ?>

