In-numru ta’ persuni li għamlu użu mit-trattament tal-methadone fl-2015 kien ta’ 973 persuna.
Fost dawn kien hemm żewġ persuni ta’ 19-il sena jew iżgħar; 194 persuna fl-età bejn 20 u 29 sena; 455 bejn it-30 u d-39 sena; 248 bejn l-40 u d-49 sena; 62 bejn il-50 u d-59 sena; u 12-il persuna ta’ 60 sena jew iktar.
Meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamentari tax-Shadow Minister Claudio Grech, il-Minitru Michael Farrugia qal ukoll li matul l-2015, l-Aġenzija Sedqa, l-Aġenzija Nazzjonali kontra l-Abbuż tad-Droga, l-Alkoħol u l-Logħob tal-Azzard, wettqet diversi ħidmiet fil-qasam tad-droga.
Id-Drugs Community Team ħadem ma’ 322 każ ġdid u fiċ-Ċentru Detox attendew madwar 1,100 persuna.
Kien hemm 208 persuna li ġew mogħtija servizz min Dar l-Impenn fuq bażi ta’ in-patients, u 41 persuna ngħataw servizz mill-Assessment and Stabilisation Unit wara xi intervent mediku akut relatat mal-vizzju tad-droga.
Il-Komunità Santa Marija laqgħet 32 resident għal programm terapewtiku residenzjali u wettqet 1,393 intervent ta’ prevenzjoni, f’istituzzjonijiiet edukattivi, fil-kommunità u fil-post tax-xogħol.
//= $special ?>