Qorti

Multa ta’ €1,000 u sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan

Raġel ta’ 72 sena minn Kerċem Għawdex kien immultat €1,000 u kellu l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal tmint’ijiem wara li l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) sabitu ħati li bi traskuraġni tajjar ċiklist u kkaġunalu ġrieħi gravi.

L-inċident kien seħħ fl-1 ta’ Ġunju li għadda fl-Għarb meta s-sewwieq tajjar iċ-ċiklist ta’ 34 sena mir-Rabat Għawdex.

Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud, appellat biex ikun hemm iktar attenzjoni fit-toroq tagħna. Hu inutli li jsir ħafna diskors biex ikun hemm aktar persuni li jużaw mezzi alternattivi ta’ trasport inkluż ir-rota, meta wieħed jikkunsidra r-riskji kbar li jiffaċċjaw dawn il-persuni meta jkunu fit-triq, minħabba traskuraġni u negliġenza.