Lokali

Solidarjeta’ kbira b’risq il-familja li tilfet kollox fl-inċident ta’ Ħal Tarxien

Wara l-appell għall-għajnuna tal-familja Deguara fuq dan is-sit, il-poplu Malti u Għawdex ma waqafx juri s-solidarjeta’ tiegħu lejn omm u erbat itfal li tilfu kollox f’nar li qered l-appartament tagħhom f’Santa Luċija.

Malli kien ippublikat dan l-appell, dan is-sit irċieva ammont qawwi ta’ messaġġi minn persuni li joffru flus, ħwejjeġ, ikel u għamara. Dawn ilkoll ġew diretti għand il-familja Deguara.

Sar magħruf ukoll li l-kumpanija Betacentre qed twiegħed li tgħin b’dak kollu possibbli, żebgħa u materjali kollha relatati, biex ir-residenza tal-familja Deguara titranġa mill-ġdid biex jingħataw lura darhom.

Il-kumpanija mistennija tiltaqa’ mal-familja Deguara biex tanalizza x’hemm bżonn, filwaqt li se ssir ħidma biex jinġabru iżjed oġġetti mingħand kumpaniji oħra u persuni fl-industrija.

Kull għajnuna għall-familja Deguara tista’ tiġi offerta billi jsir kuntatt ma’ Marlene Deguara, oħt Daniela, fuq in-numri 9982 4086 u 7747 5502.