Internazzjonali Saħħa

Tħassib u imwiet fir-Russja minħabba s-Swine Flu

epa05131723 Russian people wear masks on their faces to prevent the swine flu in Moscow's Metro, Russia, 28 January 2016. Swine flu complications killed 107 people, among them four pregnant women and eight children, in Russia. EPA/YURI KOCHETKOV

L-iskejjel primarji f’San Pietruburgu se jinżammu magħluqa wara aktar minn 20 każ ta’ mewt f’din it-tieni l-akbar belt Russa minħabba s-Swine Flu.
Dan hekk kif fil-belt hemm ammont kbir ta’ nies li mardu bl-influwenza.
S’issa aktar minn 80 persuna mietu fir-Russja minħabba s-Swine Flu bl-awtoritajiet igħidu li ta’ kuljum qed jikkuraw mat-12,000 persuna b’sintomi ta’ influwenza u 80 fil-mija tagħhom aktarx huma Swine Flu magħrufa wkoll bħala H1N1.
Uffiċjali Russi qed jipprovaw jikkalmaw l-imħuħ tan-nies, iżda bi ftit li xejn suċċess. Veronika Skvortsova, il-Ministru tas-Saħħa, insistiet li s-sitwazzjoni kienet taħt kontroll.
Iżda f’San Pietruburgu, f’ħafna spiżeriji diġà spiċċaw il-mediċini li wieħed għandu jieħu għal din il-marda kif ukoll il-maskri għal fuq il-ħalq. L-awtoritajiet wiegħdu li kienu se jimlew l-ispiżeriji ta’ San Pietruburgu bil-mediċini meħtieġa kif ukoll bil-maskri biex iserrħu l-imħuħ.