8 persuni weġġgħu f’inċident tat-traffiku wara li fil-lejl bejn l-Erbgħa u l-Ħamis, għall-ħabta tas-siegġa neqsin kwart, seħħ inċident fi Triq Dun Gejtanu Mannarino f’Birkirkara.
Jirriżulta li għal xi raġuni, seħħet ħabta bejn minibus tat-tip Ford Transit u vettura oħra tat-tip Volkswagen Polo. Konsegwentement, il-minibus ħabat ukoll ma’ ħajt ta’ showroom li hemm fl-istess triq.
Fuq il-post tal-inċident mmedjatament waslu numru ta’ Ambulanzi ħadu lis-sewwieq tal-minibus u seba’ passiġġiera li weġġgħu fl-inċident l-isptar. Ix-xufier tal-minibus, li għandu 56 sena minn San Ġwann, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief.
Erbgħa mill-passiġġiera qegħdin isofru minn ġrieħi gravi filwaqt li tlieta oħra għandhom ġrieħi ħfief. Ħadd minn dawn il-persuni ma jinsab fil-periklu tal-mewt.
Jidher li hekk kif seħħet l-inċident, ix-xufier li kien qed isuq il-Volkswagen Polo telaq minn fuq il-post u għalhekk għadu ma ġiex identifikat.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>