Lokali

Il-Kamra tal-Avukati mħassba bil-ħatra tal-Maġistrati ġodda

Il-Kamra tal-avukati, fi stqarrija, qalet li tinsab ferm preokkupata fiż-żewġ ħatriet ta’ Maġistrati ġodda, dawk ta’ Ingrid Zammit Young u Caroline Farrugia Frendo. Hi stqarret, li l-fatt li l-Gvern injora kompletament ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Bonello u tal-istess Kamra tal-Avukati, hu jkun qiegħed inaqqas il-kredibilita’ fir-riforma tas-sistema ġudizzjarja. B’riżultat ta’ dan, il-pubbliku jkompli jnaqqas il-fiduċja tiegħu fis-sistema.

L-istqarrija kompliet tgħid, kif il-Gvern għandu jaġixxi bil-fatti u mhux bil-kliem biss, fejn ir-riforma fis-sistema għandha tindirizza wkoll il-mod ta’ kif jiġu maħtura l-membri tal-ġudikatura. Dan sabiex ikun hemm seperazzjoni ċara bejn l-organu tal-ġudikatura u dak leġislattiv.