Lokali

Il-Korp jiċċara li l-Ħabs ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Pulizija

Fi stqarrija bi tweġiba, skont il-Liġi tal-Istampa, il-Korp tal-Pulizija wieġeb għall-istorja “Il-ħames mewta fi 3 xhur u nofs fil-kustodja tal-Pulizija huwa riżultat tal-inkompetenza ta’ Carmelo Abela – il-PN“, il-Korp tal-Pulizija qal li “dak li hemm fit-titolu tal-artiklu, kif ukoll fl-artiklu nnifsu, qed jagħti stampa falza tal-affarijiet kif verament huma. Għaldaqstant irid jiġi ċċarat li l-kustodja tal-persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jew estensjonijiet tiegħu ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-Pulizija.”