Lokali Unjoni Ewropea

Il-Membri Stati tal-UE għandhom iħarsu l-proġetti sostenibbli u l-konnetivita’ – Comodini Cachia

L-Istati Membri għandhom jagħtu s-sapport tagħhom il-proġetti sostenibbli u kif ukoll ittejjeb il-konnetivita’ tal-gżejjer mal-kumpalent tal-kontinent.

Therese Comodini Cachia sostniet li l-gżejjer min-natura tagħhom stess għandhom numru ta’ sfidi prinċipalment l-insularità. F’dinja globalizzata, huwa diffiċli li wieħed jitkellem dwar l-insularità hekk kif numru ta’ gżejjer qed jiffaċċjaw l-insularità u l-isfidi li din iġġib magħha.

L-artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jirrikonoxxi n-natura speċjali tat-territorji gżejjer. Madanakollu, il-miżuri konkreti tal-UE huma ftit li xejn immirati biex jappoġġaw il-gżejjer. Ġie allegat li minħabba metodu stabbilit tal-Kummissjoni Ewropea ta’ fondi reġjonali – ibbażati fuq il-PDG – ċerti gżejjer u territorji insulari huma ppenalizzati b’mod qawwi.

Permezz tal-intergrupp turiżmu Comodini Cachia ġabet ‘il quddiem il-karatteristika ta’ Għawdex u l-impatti li hi għandha biex jattiraw turiżmu ta’ kwalità għolja għal din il-gżira u kif ukoll l-impatt fuq l-attività ekonomika oħra.

Hija qalet li aktar kmieni din is-sena is-servizz tal-merkanzija minn San Maison fil-Floriana, operat mill-kumpanija Gozo Channel ġie sospiż. Din il-mossa, turi b’mod ċar li d-Direttiva tal-UE, kellha konsegwenzi serji dwar it-trasport tal-merkanzija bejn Għawdex u Malta.

Il-MPE Maltija qalet li wieħed jista’ jħares lejn l-insularità bħala riżorsa u karatteristika li tattira t-turiżmu ta’ kwalità sostenibbli u għolja. Hija enfasizzat li ma jagħmilx sens li jkollok fuq naħa waħda l-Kummissjoni Ewropea tipproponi inizjattivi bħal studji ta’ konnettività u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u min-naħa l-oħra li jkun hemm Stati Membri li jnaqsu l-investiment fil-konnettività.

Comodini Cachia ħeġġet lill-Istati Membri biex jinvestu b’mod sostenibbli fil-gżejjer u lill-Kummissjoni Ewropea biex tidentifika affarjiet innovattivi għat-titjib tal-konnettività u kif ukoll biex tindirizza l-insularità u l-konsegwenzi tagħha.