Il-pubbliku laqa’ bi ħġaru l-appell ta’ Daniela, li ftit jiem ilu nqerdilha għal kollox l-appartament fejn tgħix flimkien mal-erbat itfal tagħha, inkluż tarbija ta’ seba’ xhur.
Filmat: “Ma baqagħli xejn” – l-omm li nqerdilha l-appartament fejn tgħix ma’ erbat itfal
Wara li NETnews.com.mt xandar filmati tad-diżastru li ħalla warajh in-nar li qered l-appartament f’Ħal Tarxien, u wara l-appell imbikkem għall-għajnuna mill-omm, il-pubbliku rrisponda.
Ħafna għamlu kuntatt mal-familja wara li l-intervista’ mal-omm ġiet segwita minn eluf ta’ persuni.
L-appell wasal ukoll għand il-kumpanija lokali taż-żebgħa ‘Beta Paints’, li qed joffru żebgħa b’xejn biex l-appartament ikun jista’ jingħata l-ħajja mill-ġdid.
Ara l-kummenti ta’ John Borg Barthet, wieħed mid-Diretturi ta’ Beta Paints hawn taħt.
Malli NETnews.com.mt żar mill-ġdid l-appartament, sibna numru ta’ ħaddiema mqabbdin minn sid il-post, li diġa’ bdew b’ħidma biex jitnaddaf l-appartament. Wara li l-appartament jiġi żbarazzat mill-għamara, imbgħad , tibda tingħata żebgħa ġdida.
Intant, f’kuntatt ma’ NETnews.com.mt, il-familja rringrazzjat lil kull min sa’ issa wera l-appoġġ tiegħu, biex Daniela u l-erba’ ulied ikunu jistgħu jirritornaw għall-ħajja normali tagħhom malajr kemm jista’ jkun.
S’issa ħafna offrew l-għajnuna tagħhom permezz ta’ ħwejjeġ, ġurgarelli u affarijiet oħra. Madanakollu, l-akbar sfida tibqa’ dik finanzjarja, biex il-familja tkun tista’ tagħmel renovazzjoni tad-dar tagħha.
//= $special ?>