Il-Gvern ħareġ stqarrija fir-rigward tal-mistoqsija tax-Shadow Minister Jason Azzopardi, fejn hu sfida l-eleġibilita’ tal-ħatra ta’ Ingrid Zammit Young fil-kariga ta’ Maġistrat, minħabba li hi kienet tokkupa kariga fil-Kummissjoni tal-Impjiegi bħala Chairperson f’dawn l-aħħar xhur. L-avukat Zammit Young ġiet maħtura Maġistrat flimkien mat-tifla tal-Ispeaker Anġlu Farrugia, Caroline Farrugia Frendo ta’ 32 sena.
Fl-istqarrija l-Gvern qal, li hemm lok għall-interpretazzjoni differenti tal-liġi fil-Kostituzzjoni. Għal din ir-raġuni, l-Gvern ressaq din il-kwistjoni sabiex tiġi skrutinizzata mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja biex hi tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar l-eleġibilita’ tal-ħatra tal-avukat Zammit Young. Il-Gvern stqarr li hu se jogħqod fuq il-parir tal-imsemmija Kummissjoni.
Rigward it-tifla ta’ Anġlu Farrugia, Caroline Farrugia Frendo, fl-istess stqarrija l-Gvern qal li hi tissodisfa r-rekwiżiti mitluba mill-liġi. Il-Kostituzzjoni tirrikjedi li biex persuna tiġi maħtura Maġistrat trid tkun ilha tipprattika għal 7 snin.
//= $special ?>

