Il-Ministru Chris Cardona, li taħtu taqa’ r-responsabbiltà tal-kuntratt tal-mara tal-Ministru Konrad Mizzi, li qed titħallas 13,000 ewro fix-xahar, irrifjuta li jkun ċar dwar jekk il-kuntratt tagħha hux se jkun imġedded.
Ftit tal-jiem ilu, il-media żvelat li l-kuntratt ta’ Sai Mizzi jista’ jkun imġedded sal-aħħar ta’ Frar tas-sena d-dieħla, hekk kif it-terminu tagħha jiskadi f’Awwissu ta’ din is-sena.
Ir-rapporti fil-media qalu li mhux talli l-kuntratt tagħha jista’ jiġġedded, talli l-mara tal-Ministru Konrad Mizzi tista’ titlob kundizzjonijiet aħjar! Dan hekk kif fi tliet snin, Sai Mizzi se tkun irċeviet kważi 470,000 ewro.
//= $special ?>

