Tissaħħaħ is-sigurtà għall-Karnival f’Kologne

epa05142456 Members of the German police talk to a woman wearing a costume in front of the central railway station in Cologne, Germany, 04 February 2016. The carnival peak season has begun with increased security measures in place following a string of New Year's Eve attacks when scores of women reported to have been sexually harassed and robbed at the city's main train station. EPA/OLIVER BERG

F’Cologne ssaħħet is-sigurtà għall-festi tal-Karnival bil-preżenza ta’ 2,500 pulizija fit-toroq wara l-inċidenti li kien hemm fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena meta gruppi ta’ rġiel barranin ħebbew sesswalment għan-nisa li kienu qed jiċċelebraw.
Is-sigurtà ssaħħet minħabba ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival.
Fil-Ġermanja għad hemm xokk għal dak li ġara u bl-aħbar toħroġ diversi ġranet wara.
Dawn l-inċidenti wasslu biex il-popolarità tal-Kanċillier Angela Merkel tmajna ħafna u fil-pajjiż ikun hemm tensjoni minħabba l-preżenza ta’ eluf kbar ta’ immigranti. B’kollox matul l-2015, mal-1.1 miljun persuna daħlu fil-Ġermanja minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea.
Punt ċentrali tal-inċidenti tal-Ewwel tas-Sena kien madwar il-Katidral ta’ Cologne u hawn inħoloq dak li qed jissejjaħ security point għan-nisa biex imorru jirrappurtaw problemi kif ukoll il-pulizija qed ikunu mgħammra b’body cams, kameras fuqhom biex jirreġistraw suspetti waqt inċidenti.
Matul dawn il-ġranet sar ukoll tqassim ta’ fuljetti fit-toroq kif ukoll fiċ-ċentri għall-immigranti b’dak li hu permess u mhux matul il-festi tal-Karnival fil-Ġermanja.