Lokali

Appell biex jinstab is-sid ta’ MicroSD Card mitlufa

Fuq Facebook qed isir appell biex jinstab is-sid ta’ MicroSD Card mimlija ritratti fuq bankina matul il-promenade ta’ San Pawl il-Baħar.

Il-memorja, li jidher li hi taż-żagħżugħ li jidher fir-ritratt, hi mimlija ritratti, mużika u affarijiet oħra importanti jew sentimentali għas-sid tagħha.

Min jagħraf liż-żagħżugħ qed jintalab jagħmel kuntatt miegħu biex javżah li l-SD Card instabet minn persuna li jxitieq jirritornaha.