Li wieħed jitlob u jappella għall-għoti tad-demm qatt mhu biżżejjed. B’mod partikolari f’dawn il-jiem, kawża ta’ numru ta’ inċidenti li seħħew u anke bl-użu speċifiku ta’ ammont kbir ta’ demm b’mod mhux mistenni.
Dan wassal biex ir-riserva tad-demm niżlet ħafna u għalhekk tinħtieġ li titla’ b’mod immedjat. Għaldaqstant, is-Servizz Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella għall-għoti tad-demm ta’ kull grupp, għalkemm l-aktar li huma meħtieġa bħalissa huma dawk tal-gruppi ‘O-‘ u ‘A+’.
Iċ-Ċentru qed ifakkar lil kulmin hu b’saħħtu, jixtieq u jista’ jagħti d-demm biex imur fiċ-Ċentru, li jinsab fi Pjazza San Luqa fi Gwardamanġa u jieħu miegħu l-Karta tal-Identità, il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti.
Filwaqt li jappella biex min ikun se jagħmel dan idealment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll, iċ-Ċentru jappella lil dak li jkun jagħmel il-kuraġġ għax b’dik il-pinta demm jista’ jsalva ħajja.
//= $special ?>