Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Artijiet Deborah Schembri qalet li r-Riforma fid-Dipartiment tal-Artijiet qed issir minħabba nuqqasijiet serji tul is-snin.
Iżda waqt konferenza tal-aħbarijiet, li matulha fetħet iż-żmien ta’ konsultazzjoni pubblika għar-Riforma fid-Diviżjoni tal-Propjetajiet tal-Gvern, Deborah Schembri stess naqset milli tikkundanna l-attakk tal-predeċessur tagħha Michael Falzon meta qal li r-Rapport tal-Awditur Ġenerali kien “pastażata” u “porkerija”. Dan minkejja li kien ir-Rapport tal-Awditur Ġenerali li wassal għall-bidu ta’ din ir-Riforma.
Ir-Riforma qed titmexxa mill-Konsulent tal-Gvern Robert Musumeci. Iżda mistoqsija dwar kif Musumeci qed imexxi r-Riforma, meta ddefenda l-mod kif ġab ruħu l-eks Segretarju Parlamentari Michael Falzon, Deborah Schembri wieġbet li hi għandha fiduċja sħiħa f’Musumeci.
//= $special ?>

