Lokali

“Gaffe doppja” – id-Dekan tal-Liġi dwar l-għażla taż-żewġ Maġistrati ġodda

L-għażla tal-Gvern li jaħtar lil Ingrid Zammit Young u Caroline Farrugia Frendo bħala Maġistrati kienet deskritta mid-Dekan tal-Fakultà tal-Liġi Kevin Aquilina bħala zball kostituzzjonali doppju.

F’kummenti lil The Times of Malta, Aquilina qal li l-każ lanqas biss kellu għalfejn jiġi riferit lill-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, hekk kif il-Kostituzzjoni hi ċara daqs il-kristall dwar dan.

Dan wara li Caroline Farrugia Frendo, li hi bint l-Ispeaker Anġlu Farrugia, għadha m’għamlitx seba’ snin ta’ prattika legali kif mitlub biex persuna tinħatar Maġistrat.

Min-naħa l-oħra, Ingrid Zammit Young tokkupa wkoll il-kariga fil-Kummissjoni dwar l-Impjiegi minkejja li dan imur kontra l-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna.