Barrani ntbagħat sentejn ħabs u ġie ordnat iħallas id-danni ta’ €4,000 wara li ammetta b’mod volontarju li seraq flus kontanti u ġojjelli minn residenza f’San Pawl il-Baħar f’Ottubru li għadda.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, ikkunsidrat il-fatt li Fisel Mofth Abusnina ammetta l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu fi stadju bikri u ordnat li l-ħlas tad-danni għandu jsir sa żmien sena minn meta l-ħati jiskonta s-sentenza ta’ priġunerija. L-imputat instab ħati wkoll li kien reċidiv.
Il-Prosekuzzjoni, f’dan il-każ, kienet immexxija mill-Ispettur Godwin Scerri.
//= $special ?>

