Lokali

Il-Pulizija mill-għassa tal-belt jaħdmu taħt periklu kontinwu

Il-Pulizija mill-għassa tal-Belt li qed jitpoġġew għassa mal-Ambaxxata Franċiża qed jaħdmu taħt periklu l-ħin kollu.

Dan hekk kif it-triq tal-Ambaxxata, Triq Melita, fl-aħħar jiem ingħalqet għat-traffiku, b’din it-triq tispiċċa sit ta’ kostruzzjoni.

Fl-istess triq tpoġġa krejn statiku bil-materjal u apparat użat għall-kostruzzjoni għaddej il-ħin kollu minn fuq ras l-uffiċjali għassa mal-Ambaxxata … meta jgħabbuh jitbandal.

F’dan ir-ritratt jidher episodju simili meta ttellgħet skip, imbandla eżatt fuq il-kaxxa tal-Pulizija li tintuża mill-uffiċjali li jkunu għassa mal-ambaxxata 24 siegħa kuljum.

Il-fixed point mal-ambaxxata Franċiża saret wara l-attakki mill-Istat Iżlamiku fi Franza, meta fit-13 ta’ Novembru f’Pariġi nqatlu 137 persuna, inkluż 7 agressuri, u 368 sofrew xi ġrieħi.