Internazzjonali

Kaos u tensjoni f’Londra wara s-sejba ta’ bomba tat-Tieni Gwerra

L-inħawi ta’ Victoria Station, f’Londra, dalgħodu għaddew minn minuti ta’ kaos u tensjoni wara li fl-inħawi nstabet bomba ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija li kienet għadha ma ħaditx.

Intant, l-istazzjon – wieħed mill-aktar hubs attivi tal-kapitali Britannika – kien evakwat min-nies, b’dawk kollha li, kull filgħodu, jużaw is-servizzi tat-tube minn din iz-zona jkollhom jiffaċċjaw inkonvenjent mhux ħażin minħabba l-għeluq temporanju tal-istazzjon.

Il-Pulizija għalqet ukoll l-aċċessi għas-sit, b’kelliema għal Scotland Yard jikkonfermaw li l-bomba nstabet f’Terminus Place, fejn bħalissa għaddejja renovazzjoni tal-istazzjon. Sadanittant, Victoria Station reġa’ nfetaħ aktar tard fil-ġurnata, bis-servizzi tat-trasport ikomplu bħas-soltu.