Raġel qed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei wara li waqa’ f’shaft ta’ residenza fi Triq Faxxina, fis-Swieqi. L-inċident seħħ ftit qabel nofsinhar.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili li mexxew ħidma biex ir-raġel seta’ jittella’ mix-shaft u jkun jista’ jingħata l-ewwel għajnuna.
Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li r-raġel ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
//= $special ?>
