Lokali

It-Telgħa t’Alla w Ommu miftuħa għat-traffiku

It-Telgħa t’Alla u Ommu tinsab miftuħa għat-traffiku fil-limit tan-Naxxar hi miftuħa għat-traffiku

Fi stqarrija, Transport Malta tavża lis-sewwieqa biex isuqu b’attenzjoni peress li għadhom għaddejjin xi xogħlijiet u investigazzjonijiet fit-triq ta’ bejn din it-telgħa u Triq is-Salini. F’din it-triq saru xogħlijiet estensivi fuq is-sistema tal-ilma tax-xita.

L-istqarrija ttemm li minħabba l-ħsarat kbar li nstabu f’din it-triq, Transport Malta ma teskludiex il-bżonn ta’ aktar xogħlijiet fix-xhur li ġejjin.