Gazzetti Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IL-ĠURNALI LLUM IS-SIBT 6 TA’ FRAR 2016

Il-faċċata tal-ġurnali dalgħodu tinstab ddominata mill-aħħar żviluppi b’rabta man-nomina ta’ żewġ Maġistrati ġodda mill-gvern. IN-NAZZJON titkellem kif id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja hija kundanna oħra għal Muscat minn awtorita’ kostituzzjonali. THE TIMES OF MALTA minn naħa tiddeskrivi l-ittra tal-Avukat Ingrid Zammit Young bħala attentat sabiex il-gvern isalva ġieħu. THE MALTA INDEPENDENT ukoll fil-faċċata tirraporta dan il-każ. Minn naħa l-oħra l-ġurnal tal-General Workers Union L-ORIZZONT fil-faċċata bl-ebda mod ma’ jsemmi din l-aħbar.

L-ORIZZONT minflokk fil-faċċata titkellem dwar id-diskors tad-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela u tirraporta dak li qalet il-bieraħ is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri.

THE MALTA INDEPENDENT minn naħa tagħha tirraporta kif il-proposta ta’ Joseph Muscat għal bidla fl-istatut ġiet approvata b’393 vot favur u vot kontra. Tirraporta wkoll dwar il-każ fil-Qorti b’rabta ma’ l-inċidenti li seħħew f’Paceville f’Novembru li għaddha. Din l-istorja tinstab ukoll fil-faċċata tal-ġurnali IN-NAZZJON u THE TIMES OF MALTA.

IN-NAZZJON u THE TIMES OF MALTA fil-faċċata jitkellmu wkoll dwar il-bidu tal-karnival.