Lokali Qorti

Eritrean akkużat li fera raġel ieħor waqt argument fil-Marsa

Eritrean ta’ 20 sena residenti Ħaż-Żebbuġ tressaq il-Qorti quddiem il-maġistrat Donatella Frendo Dimech akkużat li kkawża ġrieħi lil raġel ieħor waqt argument fil-Marsa.

B’rabta mal-istess każ, li seħħ is-Sibt filgħodu fil-Marsa, l-Eritrean Solomon Berhe Tesfamaryam, kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika.