Hu l-ispettaklu li seraq l-attenzjoni ta’ dawk mhux dilettanti tal-isport hekk kif fetħet l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Super Bowl 50, li tiddetermina min se jirbaħ il-kampjonat annwali tan-National Football League Amerikan.
Lady Gaga fetħet l-ispettaklu bil-kant tal-innu nazzjonali fil-grawnd Levi’s f’Kalifornja. L-ammiraturi ta’ Gaga ma setgħux ma jikkummentawx dwar il-verżjoni gospel li tat il-kantanta, b’ħafna jikkummentaw li ma kienux jafu li l-kantanta kienet taf tkanta b’dan il-mod.
http://youtu.be/qvJUMc7xlLQ
Il-kantanta u l-istilla ta’ American Horror Story hi waħda biss mill-ismijiet il-kbar li telgħu fuq il-palk għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Super Bowl, li kienet tinkludi wkoll, fost l-oħrajn, lil Coldplay u Beyonce, u lil Bruno Mars. Qabilhom, Chris Martin fetaħ l-ispettaklu tal-half time, b’Viva la Vida hekk kif l-ammiraturi tiegħu daru madwaru fil-grawnd.
Il-performance ingħalqet b’taħlita ta’ suċċessi ta’ kantanti li fil-passat ħadu sehem fl-ispettaklu tas-Super Bowl, inkluż ta’ kantanti li mietu, fosthom ta’ Bruce Springsteen, James Brown, Whitney Houston, U2, Rolling Stones u Michael Jackson.
//= $special ?>