Lokali

Tinqaleb karozza f’Għajn Tuffieħa – żewġ persuni jittieħdu l-isptar

Żewġ persuni ttieħfdu l-isptar wara li nqalbu bil-karozza f’inċident tat-traffiku, f’Għajn Tuffieħa.

Jirriżulta li l-inċident seħħ meta għal xi raġuni x-xufier tilef il-kontroll tal-karozza u konsegwenza ta’ hekk ħabat f’ħajt tas-sejjiegħ u nqalbet.

Is-sewwieq u l-passiġġiera ttiehdu l-isptar għall-kura.