Wara jiem ta’ briju, f’dawn il-ħinijiet qed jilħaq il-qofol tiegħu r-Renju tal-Bluha, bil-Gran Defile’ tal-Karnival li għaddejja bħalissa fi Triq Sant Anna fil-Floriana. Fl-isfilata qed jipparteċipaw 14-il karru kkulurit u diversi maskri grotteski.
Matul il-jiem tal-Karnival, kienu eluf il-Maltin u l-Għawdxin li attendew għall-attivitajiet organizzati. Kien hemm ukoll Għawdxin li qasmu l-fliegu biex isegwu l-Karnival ta’ Malta, b’numru kbir ta’ Maltin li żaru l-gżira Għawdxija, partikolarment iż-żgħażagħ li ċċelebraw il-Karnival tan-Nadur.
U mat-tmiem tal-Karnival, minn għada jibda’ ż-żmien tar-Randan Imqaddes, li fih il-Knisja Kattolika tħeġġeġ għas-sawm u l-astinenza bi preparazzjoni għall-ġranet li jwasslu sal-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu.
//= $special ?>