Lokali

“Kuraġġ” – il-messaġġ ta’ mara li tilfet lil missierha f’nar

Kull każ ta’ nar f’residenzi privati jiftaħ ferita mill-ġdid lil Juanita Zarb Grech, li tgħix il-Belt Valletta.

Sitt snin ilu tilfet lil missierha minħabba ħsara li żviluppat f’hair dryer. L-effetti baqgħet issofrihom għal snin, imma mill-esperjenza tagħha xtaqet twassal messaġġ ta’ kuraġġ.