Lokali Saħħa

Mater Dei ilu aktar minn siegħa bi ħsarat fis-sistema tal-IT – ħsarat li qed ixekklu l-ħidma tal-ħaddiema fl-isptar

Ħaddiema fl-isptar Mater Dei ikkuntatjaw lil dan il-portal u qalulna li s-sistema tal-IT fl-isptar ilha infunzjonabbli aktar minn siegħa. Il-ħaddiema lmentaw magħna li ma jistawx ikomplu b’xogħlhom minħabba dan in-nuqqas fejn fost l-oħrajn ma jistgħux jagħmlu X-Rays u anke ma jistgħux joħorġu r-riżulatati mediċi tal-pazjenti.

Huma qalulna wkoll li ma jistgħux jagħmlu kuntatt via email u li dan kollu qed ixekkel il-ħidma tal-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei.