Futbol Sport

It-tfajliet Maltin itemmu l-impenji b’telfa

F’logħba li ntlagħbet fil-Luxol Stadium, it-tim nazzjonali Malti tan-nisa ta’ taħt is-16-il sena kien megħlub bi skor ta’ 2-0 kontra l-Awstrija fil-UEFA Youth Development Tournament.

Din kienet it-tielet logħba għat-tim immexxi minn Dorianne Theuma. Fil-partiti preċedenti l-Maltin kienu rebħu 3-1 kontra Liechenstein u tilfu 1-0 kontra l-Ażerbaġjan.

L-Awstrija marru fil-vantaġġ wara ħames minuti meta wara cross mil-lemin kienet Lisa Kolb li bir-ras tefgħet il-ballun fix-xibka għal 1-0.

10 minuti mit-tmiem l-Awstrija ssiġillat ir-rebħa b’gowl ta’ Linda Mittermair.
Grazzi għal dan ir-riżultat l-Awstrija spiċċat l-ewwel b’ disa’ punti minn tliet logħbiet u dawn huma segwiti mill-Ażerbaġjan b’sitta, minn Malta bi tlieta u mil-Liechensteinfl-aħħar post mingħajr ebda punt.

It-tim Malti beda b’din il-formazzjoni: Patricia Ebejer, Kimberley Borg, Rohanna Zahra, Leanne Cefai, Nicole Sciberras, Celeste Grech, Maia Debono, Maria Farrugia, Kayleigh Chetcuti, Sarah Urpani, Michela Felice.