Pulizija mara bi tmien xhur tqala ġiet aggredita minn raġel li qal li huwa gwardjan lokali. Skont stqarrija tal-Union tal-Pulizija, ir-ragel beda joffendi u jinsulenta lil din il-mara wara li ma riedx iċedilha.
Il-każ seħħ it-Tlieta filgħaxija fil-Furjana hekk kif il-pulizija li kienet qed issuq qrib l-Argotti. Ir-raġel, li wkoll kien qed isuq, ma riedx iċedilha u beda joffendiha.
Il-Police Officer’s Union qed tgħid li l-pulizija urietu li hi membru tal-Korp u qaltlu biex ma jidgħix fil-preżenza ta’ binha. Jidher li spjegatlu wkoll li qed tistenna tarbija, iżda baqa’ joffendiha u jgħidilha li ma jinteressahx.
//= $special ?>


